Opossum ġurdien ta' denbu oħxon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m [r2.6.4] robot Adding: az:Thylamys
m image
Linja 2: Linja 2:
| color = pink
| color = pink
| name = Opossum ġurdien ta' denbu oħxon
| name = Opossum ġurdien ta' denbu oħxon
| image =
| image = Llaca.jpg
| image_caption =
| image_caption = ''Thylamys elegans''
| image_width = 250px
| image_width = 250px
| regnum = [[Animal]]ia
| regnum = [[Animal]]ia

Reviżjoni ta' 08:39, 2 Frar 2011

Mudell:Isem taxbox
Klassifikazzjoni xjentifika

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon jista jkun wieħed minn għaxar speċi ta' opossumi magħrufin xjentifikament bħala Thylamys sp. jew l-ispeċi kollha fil-ġeneru Thylamys.

Dawn huma mammiferi marsupjali, membri tat-tribù Thylamyini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

L-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon huma marsupjali żgħar li ġeneralment ikunu jiżnu bejn 18 u 55 gramma u jikbru bejn 7 u 15-il ċentimetru eskluż id-denb ta' bejn 9 u 16-il ċentimetru ieħor. Il-membri kollha ta' dan il-ġeneru kif jgħid isimhom, għandhom denbhom minfuħ u oħxon. Dan huwa addattament għall-abitat f'elevazjoni għolja li jgħixu fiħ dawn l-opossumi u b'hekk għandhom il-kapaċità li jaħżnu x-xaħam f'denbhom biex dan jintuża' fi żmenijiet kesħin meta jkun hemm nuqqas ta' ikel.

Thylamys sp. huma ta' abitudni notturna u l-quċċata tal-attività tagħhom tintlaħaq bil-lejl, b'attività minima ħafna matul il-ġurnata. Dawn il-marsupjali jippreferu jgħixu f'abitat ta' foresti subtropikali u tropikali umdi normalment fil-muntanji jew f'elevazjonijiet għolja. Dawn il-mammiferi huma kemm arborji, jew jgħixu fis-siġar, kif ukoll terrestri jew jgħixu fuq l-art.

Dieta

L-Opossumi grazzjużi huma mammiferi marsupjali primarjament insettivori u d-dieta prinċipali tagħhom tikkonsisti minn insetti varji, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden xi kultant huma inklużi fid-dieta wkoll.

Distribuzjoni

Dawn l-opossumi għandhom distribuzjoni vasta fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Paragwaj u l-Peru.

Klassifikazjoni

Referenzi

Ħoloq esterni